Add as a preferred source on GoogleWaqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Christopher Bugeja qal li l-fidi m’għandhiex tkun bħal libsa li tilbisha u tneħħiha minn fuqek skont iċ-ċirkostanzi, iżda trid tkun parti minnha l-ħin kollu. Il-mistednin ta’ The Handbook għal din il-ġimgħa huma Fr Christopher Bugeja u ommu Maryrose Bugeja. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook. Silta mill-qari tal-lumQari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 11: 27-28Waqt li Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies kien hemm waħda mara li refgħet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma, tassew, aktar hienja dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jħarsuha!