None
EN
8 snin mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi
['Gabriel Lia']
Newsbook
Add as a preferred source on GoogleIllum huwa t-tmien anniversarju tal-Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi, li kienet saret fil-Katidral tal-Imdina.
Wara li rċieva l‑formazzjoni meħtieġa u kiseb Liċenzjat fit‑Teoloġija Sagra fl‑Università ta’ Malta, ġie ordnat saċerdot mill‑Arċisqof ta’ Malta, Mons.
Wara l‑istudji tiegħu f’Ruma, Monsinjur Galea‑Curmi inħatar assistent Segretarju Pastorali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta u lecturer fit‑Teoloġija Pastorali fl‑Università ta’ Malta, fejn għadu jgħallem sal‑lum.
Fl‑2015, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Monsinjur Galea‑Curmi bħala Vigarju Ġenerali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta u Kanonku tal‑Kapital tal‑Katidral.
Fit-23 ta’ Ġunju 2018, il‑Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Galea‑Curmi bħala Isqof Awżiljarju ta’ Malta u nnominah Isqof Titulari ta’ Cebarades.