Add as a preferred source on GoogleMessaġġ sempliċi fuq biċċa kartonċina ġibed l-attenzjoni tar-rapper Amerikan, Pitbull u għażel li jwassal messaġġ ta’ kuraġġ għal Maltija li kienet qalb il-folla għall-kunċert tiegħu. Ilbieraħ filgħaxija ttella’ kunċert f’Ta’ Qali fejn eluf ta’ persuni attendew għalih, fosthom Cheyenne Muscat li kienet flimkien ma’ xi ħbieb tagħha. Wara huwa indirizza lil Cheyenne fejn qal li jaf diversi persuni li ġġieldu l-battalja mal-kanċer, inkluż persuni qrib ferm tiegħu. Qal li meta tkun f’folla bħal dik tal-bieraħ tfisser li se tagħmel lil Cheyenne iżjed b’saħħitha biex tkompli tiġġieled il-kanċer. “Se ttik l-imħabba, se ttik is-saħħa għall-motivazzjoni u l-ispirazzjoni li għandek bżonn”Wara li spiċċa jindirizza lil Cheyenne, Pitbull dahar lejn il-folla u talabhom biex ikomplu jagħmlulha kuraġġ.