Minn din it-tifkira sempliċi, iżda mimlija mħabba u nostalġija, twieldet kanzunetta li tagħti ġieħ lil dawk il-mumenti ta’ kuljum li jibqgħu jgħixu fil-memorja ta’ familja. L-idea u l-kunċett huma ta’ Janvil, li biddel tifkira għal qalbu f’kanzunetta li żgur se tolqot il-qalb ta’ ħafna Maltin. MARY hija wkoll storja ta’ tliet ġenerazzjonijiet: ġenituri li ħallew memorji sbieħ, iben li biddilhom f’kanzunetta, u neputi li ta ħajja lil dik l-istorja permezz tal-video mużikali. Hija tifkira ta’ ommi u missieri, ta’ dawk il-mumenti sempliċi mimlijin mħabba u ċajt li baqgħu jgħixu fija. Ninsab kburi wkoll li dan il-proġett sar parti mill-vjaġġ ta’ ibni, Craig Roy Vella, li ta l-ħajja lil din l-istorja permezz tal-video mużikali tiegħu.