Il-PN permezz tad-deputati Darren Carabott, Graham Bencini u Eve Borg Bonello qal li dan ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) li l-Gvern qed jirrifjuta li jiddiskuti wera kif kien in-nuqqas ta’ investiment fin-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku li wassal għall-kriżi fil-provvista tad-dawl li ħalliet lil Malta u Għawdex fid-dlam tliet snin ilu. L-istess nuqqasijiet komplew jerġgħu jgħollu rashom f’dawn l-aħħar ġimgħat, meta eluf ta’ Maltin u Għawdxin, inklużi persuni vulnerabbli, reġgħu spiċċaw mingħajr aċċess għall-elettriku. The post Ara: “Il-membri tal-Gvern fuq il-PAC iwaqqfu d-diskussjoni dwar il-kriżi tad-dawl” – PN appeared first on Newsbook.