None
EN
Tixtieq toffri tama lill-batut bl-10ċ tal-flixkun tal-plastik?
['Maria Emma Buhagiar']
Newsbook
Dak il-flixkun tal-plastik vojt f’darek jiswa 10 ċenteżmi – iżda għal xi ħadd fil-bżonn, dan għandu valur ferm akbar.
Dan qalu Stephen Axisa, id-Direttur tal-Aid to the Church in Need f’Malta, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala ACN.
ACN Malta, nediet inizjattiva ġdida biex tgħin lill-Kristjani f’pajjiżi oħra li qegħdin ikunu ppersegwitati jew iddiskriminati minħabba l-fidi tagħhom, inkella dawk li qed ibatu l-faqar jew l-effetti tal-gwerer.
F’dawn l-aħħar snin, l-ACN għenet lill-Kristjani fl-Ukrajna, u lill-Kristjani f’Gaża fost ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja.
Mhux biss, l-ACN tipprovdi ilma għax-xorb, ikel, mediċini, kif ukoll apparat mediku biex tkun ta’ soljev għall-Kristjani li għaddejjin ħajja ta’ turrufnament, ġurnata wara l-oħra.