None
EN
300 student qed jaħdmu fuq il-50 anniversarju ta’ SAC Soirée
['Gabriel Lia']
Newsbook
L-istudenti Matthias Vella u Faith Bondin mill-Kulleġġ San Alwiġi tkellmu dwar SAC Soirée ta’ din is-sena waqt il-programm What’s On Newsbook li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK103.
Din hi sena speċjali għax qed jiġi ċċelebrat il-50 anniversarju u t-tema tal-musical hi SANTA FE ibbażat fuq musical bl-isem ta’ Newsies imma bi skript oriġinali.
SAC Soirée se jsir mis-6 sad-9 ta’ Frar fil-Kulleġġ San Alwiġi Birkirkara.
Irringrazzjaw lill-istudenti kollha li qed jieħdu sehem, madwar 300 student.
“Qed nagħmlu minn kollox biex ngħollu l-livell tal-50 edizzjoni ta’ SAC Soirée” qalet b’ferħ Faith filwaqt li Matthias spjega li t-tim ċentrali, iffurmat minn disa’ min-nies, qed jaħdem ħafna biex jagħtu l-aqwa spettaklu.