Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Stephen Azzopardi qal li l-ikbar kenn li nistgħu nagħtu lil ħaddieħor huwa billi nkunu umani u nilbsu ż-żarbun ta’ xulxin. Il-mistednin ta’ The Handbook għal din il-ġimgħa huma Fr Karm Debattista u Stephen Azzopardi. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook. Silta mill-qari tal-lumQari mill-Evanġelju skont San Mark – Mk 4, 26-34Qalilhom: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha? Qisha żerriegħa tal-mustarda; din meta tinżara’ fil-ħamrija, hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha fuq l-art; imma wara li tinżara’ tikber u ssir l-akbar waħda fost il-ħxejjex kollha, u toħroġ friegħi wesgħin, hekk li l-għasafar tal-ajru jkunu jistgħu jistkennu għad-dell tagħha”.